Kif tivvota fl-elezzjoni federali

Fil-ġurnata tal-elezzjoni l-Kummissjoni Elettorali Awstraljana tantiċipa miljun votant kull siegħa fiċ-centri tal-votazzjoni mal-Awstralja kollha. Il-votazzjoni hija ta’ bilfors għal kull min ikun imniżżel fuq ir-reġistru elettorali.

Punti Ewlenin

  • L-AEC tipprovdi għodda biex tgħinek issib l-elettorat tiegħek fejn tivvota u ċentru tal-votazzjoni  
  • Hemm diversi għażliet biex tivvota qabel u nhar l-elezzjoni  
  • Hemm informazzjoni dwar il-votazzjoni f’diversi lingwi  
  • L-AEC tipprovdi servizz ta’ interpretu biex jgħinek tivvota
Fl-Awstralja għandna korp indipendenti li jimmaniġġja s-sistema elettorali. Il-Kummissjoni Elettorali Awstraljana (Australian Electoral Commission) (AEC) tiżgura li ċ-ċittadini eliġibbli kollha jkollhom iċ-ċans fl-għażla tal-gvern federali Awstraljan.

Identifika l-elettorat tiegħek

Hemm 151 taqsima tal-elettorat federali fl-Awstralja. L-AEC tipprovdi għodda onlajn biex tgħinek tidentifika l-elettorat li tgħix fih int. Iċċekkja 

Tista’ ċċempel ukoll 13 23 26 jew tuża t- (servizz ta’ interpretar bit-telefown).
Voting Centre
Voting Centre Source: AEC

Sib il-post tal-votazzjoni tiegħek

L-AEC tmexxi eluf ta’ fi skejjel, ċentri komunitarji, knejjes, u postijiet oħra dakinhar tal-elezzjoni.   

“Tista’ tniżżel is-subborg fejn toqgħod u l-kodiċi tal-posta, u l-għodda tagħna tgħinek issib min huma l-kadidati tiegħek u fejn tista’ tivvota.”
"L-aħjar mod li tivvota huwa li tmur fil-post tal-votazzjoni fil-lokal tiegħek dakinhar tal-elezzjoni. L-elezzjonijiet isiru fil-jum tas-Sibt."
Timijiet li jmorru fuq il-post apposta jżuru votanti f’kura residenzjali, komunitajiet remoti, sptarijiet, u ħabsijiet.  

Votazzjoni bil-lingwa tiegħek

Postijiet tal-votazzjoni u l-websajt tal-AEC joffru informazzjoni

Int permess/a li jkollok lil xi ħadd jakkumpanjak jekk ikollok bżonn l-għajnuna. Hemm ukoll biex jgħinek tivvota bil-lingwa tiegħek. 

Modi oħra biex tivvota

Ċentri ta’ votazzjoni jiftħu kmieni fil-ġimgħat qabel il-ġurnata tal-elezzjoni.   

Inkella, tista’ titlob għal onlajn jew l-uffiċċji tal-AEC. 

“Din is-sena se jkun hemm diversi għażliet, minħabba ċ-ċirkustanzi tal-COVID,” tgħid Ms Lilley. “Noffru l-għażla tal-vot postali għal dawk li ma jħossuhomx komdi li jmorru f’post tal-votazzjoni, jew dawk li jgħixu jew jaħdmu f’post remot u jkollhom bżonn s-servizzi tal-votazzjoni bil-posta.”

Dawk li jkunu f’iżolazzjoni minħabba l-COVID jista’ jkollhom aċċess għas-sistema tal-votazzjoni bit-telefowm tal-AEC.   

Ikun hemm servizzi tal-AEC fil-ġimgħat wara li titħabbar l-elezzjoni.  
Voting at Australian Federal Election
Remote Polling Source: AEC

Votazzjoni meta tkun fi stat ieħor jew barra l-Awstralja

Jekk tippjana li tkun fi stat ieħor tista’ tuża vot postali jew żżur ċentru tal-votazzjoni fl-istat li tkun.   

Tista’ tivvota wkoll jekk tkun barra l-Awstralja. (Formuli ta’ notifikazzjoni meta tkun barra l-Awstralja) jinkisbu minn fuq il-websajt tal-AEC, flimkien ma’ għażliet skont iċ-ċirkustanzi individwali tiegħek. Xi Kummissjonijiet Għolja fl-Awstralja jipprovdu ċentri ta’ votazzjoni.  

Tqassim ta’ informazzjoni

Partiti politiċi u kandidati indipendenti ħafna drabi jqassmu informazzjoni dwar il-votazzjoni barra l-postijiet tal-votazzjoni. Tħallihomx ifixkluk, jgħid l-analista elettorali William Bowe.
"Partiti jqassmu kards dwar ‘kif tivvota’ f’postijiet tal-votazzjoni dakinhar tal-votazzjoni li fuqhom jirrakomandawlek kif timla l-karta tal-vot tiegħek. M’għandekx għalfejn tivvota kif jgħidulek. Din tkun sempiliċiment rakomandazzjoni."

Image

Meta tivvota

Inti tirċievi karta tal-votazzjoni ħadra u oħra bajda.  

Il-karta tal-votazzjoni ħadra

Il-karta tal-votazzjoni ħadra hija biex tivvota għal kandidat/a wieħed/waħda fl-elettorat tiegħek għall-Kamra tar-Rappreżentanti (Il-Kamra ta’ Isfel tal-parlament). Bħalissa hemm 151 siġġu fil-Kamra tar-Rappreżentanti, li jirrappreżentaw kull elettorat.   

“Waqt li f’elezzjoni n-nies issoltu jaħsbu fl-għażla tal-mexxej nazzjonali, il-mexxej nazzjonali [Prim Ministru] ikun il-mexxej tal-partit li jirbaħ l-aktar numru ta’ siġġijiet fil-parlament, għalhekk inti ma tkunx qed tivvota għal dak il-mexxej direttament,” jgħid Mr Bowe.
"Il-partit li jirbaħ l-aktar siġġijiet fil-Kamra ta’ Isfel jifforma gvern."
Biex tivvota fuq il-karta tal-votazzjoni ħadra inti tikteb in-numru ‘1’ maġenb il-kandidat/a preferut/a tiegħek, imbagħad ‘2’ maġenb it-tieni għażla tiegħek  u tibqa’ sejjer hekk sakemm il-kaxxi kollha jkunu nnumerati.

Il-karta tal-votazzjoni bajda

Il-karta tal-votazzjoni bajda hija biex ikun elett kandidat għal wieħed mis-76 siġġu fis-Senat (Il-Kamra ta’ Fuq). Inti tivvota biex ikun elett senatur mill-istat jew territorju fejn toqgħod.   

Il-votazzjoni għas-Senat hija xi ftit differenti, jispjega Mr Bowe. Il-karti kbar tal-votazzjoni jistgħu jidhru intimidanti billi jinkludu l-kandidati kollha tal-istat fejn toqgħod.    

“Imma l-votazzjoni tista’ tkun faċli ħafna. Hemm żewġ modi kif tista’ tivvota. Hemm kaxxi ‘il fuq mil-linja u kaxxi ‘l isfel mil-linja. ‘Il fuq mil-linja hemm kaxxa għal kull partit. L-aktar mod ta’ malajr u faċli biex tivvota huwa li tagħżel l-aktar sitt partiti favoriti tiegħek u tinnumerahom fl-ordni tal-preferenza tiegħek minn wieħed sa sitta. Jekk tkun trid kandidat/a partikulari li trid tivvota għalih/għaliha tista’ tagħmel numru f’ħafna kaxxi taħt il-linja. Jekk tivvota għal kandidat/a taħt il-linja trid tagħmel numru f’ta’ lanqas 12-il kaxxa.” 
"Meta tinnumera l-kaxxi fl-ordni preferuta tiegħek il-vot tiegħek jintiret minn kandidat/a għall-ieħor fl-għadd tal-voti. Din hija magħrufa bħala ‘votazzjoni preferenzjali’".
“Jekk il-persuna li tagħtiha l-ewwel preferenza tiegħek tkun eliminata, imbagħad il-vot tiegħek imur għat-tieni kandidat/a preferut/a tiegħek u jibqa’ sejjer hekk sakemm imur għand kandidat,” jgħid Evan Ekin-Smyth, Kelliemi għall-AEC.
Democracy sausage
While queuing at your polling centre you might see a fundraising stall selling sausages in bread. This is fondly known as the ‘democracy sausage Source: AAP Image/James Ross

Voti informali

Oqgħod attent/a biex issegwi sewwa l-istruzzjonijiet tal-votazzjoni. Jekk il-karta tal-votazzjoni tiegħek ma tkunx mimlija sewwa, il-vot tiegħek ikun ‘vot informali’ u ma jkunx jgħodd għar-riżultat tal-elezzjoni.

X’jiġri jekk ma tivvutax?

Il-votazzjoni hija ta’ bilfors. Raġunijiet validi għaliex ma tivvutax jitqiesu skont id-diskrezzjoni tal-AEC li tassessja ċ-cirkustanzi speċifiċi tiegħek. L-AEC tifhem li xi wħud min-nies li jkunu barra l-Awstralja jista’ jkollhom problema biex jivvutaw, pereżempju.  

“Jekk xi ħadd li jkun fuq ir-reġistru elettorali u ma jivvutax, jista’ jkun notifikat  b’avviż li ma vvutax”, jispjega Mr Ekin-Smyth. “Jekk ikollok raġuni valida, ma jimpurtax. Għidilna. Inkella, tħallas multa ta’ $20. Jekk ma nirċievu l-ebda risposta, tista’ tispiċċa l-qorti u tħallas $170 flimkien mal-ispejjeż tal-qorti.” 

Madankollu l-multa vera hija li tkun tlift iċ-cans li tivvota fit-tmexxija tal-pajjiż, għalhekk dejjem agħmel ftit riċerka u mur ivvota, infurmat f’dak li qed tagħmel.  

Reġistru ta’ diżinformazzjoni mill-AEC  

L-AEC hija indipendenti u imparzjali, u l-proċess tal-elezzjoni huwa wieħed robust ħafna. L-AEC nidiet id- (Reġistru ta’ Diżinformazzjoni) biex tindirizza informazjzoni qarrieqa dwar il-proċess elettorali Awstraljan. 

Share
Published 27 April 2022 9:21pm
Updated 28 April 2022 2:05pm
By Melissa Compagnoni


Share this with family and friends


Follow SBS Maltese

Download our apps
SBS Audio
SBS On Demand

Listen to our podcasts
Independent news and stories connecting you to life in Australia and Maltese-speaking Australians.
Interviews and feature reports from SBS News
Get the latest with our exclusive in-language podcasts on your favourite podcast apps.

Watch on SBS
Maltese News

Maltese News

Watch it onDemand