Għaliex il-protokolli Indiġeni huma importanti għall-Awstraljani kollha?

L-osservazzjoni tal-protokolli kulturali tan-nies Aborigini u Torres Strait Islander hija pass importanti ‘l quddiem biex nifhmu u nirrispettaw l-Ewwel Awstraljani u l-art li aħna lkoll ngħixu fiha.

Smoking ceremony

Source: Cameron Spencer/Getty Images

Punti Ewlenin

  • L-etikett kulturali kien osservat mill-Ewwel Awstraljani għal eluf ta’ snin
  • Elders Aboriġini huma membri rrispettati tal-komunità li jippossedu u jistgħu jaqsmu għarfien kulturali kbir
  • Tibżax tistaqsi dwar protokolli sakemm dan isir b’rispett
  • L-użu ta’ lingwa xierqa u sensittiva huwa mod sempliċi biex turi rispett
Protokolli kulturali Indiġeni huma bbażati fuq prinċipji etiċi li jiffurmaw ir-relazzjonijiet tax-xogħol u persunali tagħna mal-popli Aboriġenu u Torres Strait Islander. 
Huwa importanti li nikkultivaw dawn ir-relazzjonijiet għaliex huma l-Ewwel Nies tal-Awstralja. Għandhom għarfien intimu mal-art u jistgħu jgħallmuna kif nieħdu ħsieb l-ambjent.   

“Għandna sistemi ta’ twemmin u etikett kulturali li jmorru lura sa mill-bidu taż-żmien,” tgħid Caroline Hughes, Elder Ngunnawal mill-ACT u r-reġjun. “Għadhom parti mill-ħajja tagħna llum fl-Awstralja moderna.” 

Meta nosservaw il-protokolli kulturali, inkunu qegħdin ngħarfu r-rabta bla mittiefsa li l-Ewwel Awstraljani tagħna kellhom mal-art u l-prattiċi antiki tagħhom.   

Is-sapport għal prattika kontinwa tal-kulturi tal-Ewwel Nazzjonijiet huwa l-iskop ta’ Rhoda Roberts, SBS’ Elder in Residenc.
Aħna komplejna bl-istejjer orali, protokolli u ritwali għal żmien indefinit. U waqt li l-affarijiet jinbidlu – aħna m’aħniex nies statiċi – it-teorija u l-filosofija kollha dwar min aħna, huma li nieħdu ħsieb il-pajjiż li hija l-art tagħna, il-baħar tagħna, ix-xmajjar u l-għadajjar tagħna u s-sema. Image

Kif għandna nirreferu għall-Ewwel Awstraljani?

‘Aboriġeni’ jew ‘Torres Strait Islander’ huwa xieraq mal-Awstralja kollha, tgħid, Caroline Hughes.  

In-nies jidentifikaw ukoll lilhom infushom billi jikkonnettjaw ma’ minn fejn huma ġejjin, bħal ‘Koori’ ħafna drabi wżatha fi NSW u Victoria, ‘Murry’ fi Queensland u ‘Palawa’ fit-Tasmanja.  

“Jien nippreferi nkun imsejħa mara Ngunnawal għaliex dak Pajjiżi,” tgħid  Ms Hughes.
Pajjiżi huwa l-grupp tal-lingwa tiegħi u l-grupp tribali tiegħi, u dan jindika lil nies Aboriġeni oħra minn fejn ġejjin.

Żewġ popli Indiġeni distinti

Torres Strait Islanders huma popli Indiġeni mill-gżejjer bejn il-ponta tal-Peninsula ta’ Cape York u Papua New Guinea u huma l-aktar ta’ dixxendenza Melanesjana.  

“L-Ewwel Nazzjonijiet kollha għandhom xi ftit differenza fil-kulturi imma hemm differenza ċara bejn il-kulturi Islander u Aboriġeni. L-Islanders iħobbu jkunu kkunsidrati bħala Popli Indiġeni distinti,” jgħid Thomas Mayor, Torres Strait Islander u Uffiċjal Indiġenu Nazzjonali mal-Union Marittima.
Flags
Both the Aboriginal and Torres Strait Islander flags are flown alongside the Australian national flag to acknowledge these distinct Indigenous peoples Source: AAP Image/Mick Tsikas

L-użu tal-lingwa b’rispett

‘Indiġeni’, ‘Aboriġeni’, ‘Torres Strait Islander’ u ‘Elder’ huma nomi propji’ li jitolbu ittra kapitali. Kliem imqassar huwa ikkunsidrat bħala offensiv ħafna, tispjega Caroline Hughes. 

“Qatt tqassar il-kelma ‘Aboriġenu’.  M’aħniex akronimi lanqas u partikulari ħafna dwar dan, u hemm terminoloġiji offensivi li jweġġgħulna qalbna.”  

Min huma l-Elders?

L-Elders huma membri rrispettati tal-komunità li jippossedu għarfien kulturali kbir. Huma referuti bħala ‘Aunty’ u ‘Uncle’. Huwa xieraq għal nies mhux Indiġeni li l-ewwel jistaqsu jekk jistgħux jissejħu b’dawn l-ismijiet.

Ċerimonji ta’ 'Welcome to Country' ħafna drabi jsiru mill-Elders tal-komunità fejn iseħħ avveniment.

X’inhi ‘Welcome to Country’?

Oriġinata fis-snin tmenin minn Rhoda Roberts, 'Welcome to Country' hija ċerimonja tradizzjonali ta’ merħba li ssir fil-ftuħ ta’ avveniment li jonora l-passat. Dan jista’ jkun diskors, żfin jew ċerimomja bid-duħħan. 

L-istess, ‘Acknowledgement of Country’ huwa protokoll ta’ merħba li jsir f’laqgħat sinifikanti, u jista’ jsir minn kulħadd, tgħid Rhoda Roberts.   

“L-għarfien huwa li tirrikonoxxi li tista’ tkun qed taħdem jew tgħix f’post li mhux il-post minn fejn ġej/ġejja int, u m’hemmx problema b’dan. Int parti minnu u tagħraf u tirringrazzja l-Custodians u l-Elders.”
Dance troupe
Buja Buja dance troupe performs during the Wugulora Indigenous Morning Ceremony in Sydney Source: AAP Image/AP Photo/Rick Rycroft

Lingwa mhix xierqa

It-trawma storika li ġejja mit-tneħħija sfurzata tat-tfal taffettwa kif in-nies jirrispondu għall-mistoqsijiet tagħhom dwar l-isfond tagħhom tgħid Caroline Hughes. 

“Mhux xieraq li titkellem dwar persentaġġ u anke dwar ġilda, kulur tal-għajnejn u x-xagħar għaliex it-tfal tagħna jitrabbew fil-kultura tagħna, u dan huwa partikulari ħafna għalina. Is-soċjetà bajda jew is-soċjeta mhix Indiġena ma aċċettatx dawn it-tfal, fejn fil-kultura Aboriġena dawn huma rigali mid-dinja spiritwali, għall-familji tagħna u għall-komunità tagħna  u dejjem kienu aċċettati.”

Uri rispett billi titgħallem aktar

Tibżax tistaqsi dwar protokolli, sakemm tkun ġenwin u tagħmel dan b’rispett jgħid Thomas Mayor.  

“U mbagħad l-aktar ħaġa importanti hija li tisma’ u taċċetta l-ispjegazzjoni u timxi ‘l quddiem b’mod rispettuż.”  

Mr Mayor jissuggerixxi wkoll li kulħadd għandu jaqra l-Istqarrija ta’ Uluru mill-Qalb li tinsab hawnhekk , u tappoġġja l-proposti tagħha. 

SBS’ Elder in Residence Rhoda Roberts tfakkarna li l-protokolli huma essenzjali dwar l-għarfien ta’ sħabna. 
Kollox jiddependi mit-tjubija u l-kompassjoni, imma fl-aħħar mill-aħħar jien dejjem ngħid manjieri xierqa.

Share
Published 25 May 2022 2:47pm
Updated 25 May 2022 5:46pm
By Melissa Compagnoni


Share this with family and friends


Follow SBS Maltese

Download our apps
SBS Audio
SBS On Demand

Listen to our podcasts
Independent news and stories connecting you to life in Australia and Maltese-speaking Australians.
Interviews and feature reports from SBS News
Get the latest with our exclusive in-language podcasts on your favourite podcast apps.

Watch on SBS
Maltese News

Maltese News

Watch it onDemand