Ħames modi kif tista tinkludi l-ikel Awstraljan mal-ikel li tipprepara għall-festi tal-Milied

Woman holding native Australian Lilly Pilly fruit.

A woman holding a harvest of native Australian lilly pilly fruit which is a nutritious form of bush tucker. Source: iStockphoto / Charlie Blacker/Getty Images/iStockphoto

Tista’ tagħmel iċ-ċelebrazzjonijiet tal-festi tal-Milied u s-sena l-ġdida uniċi billi tinkludi ingredjenti ta’ ikel Awstraljan f’dak li ssajjar u tixrob.


Punti Ewlenin
  • Ikel Awstraljan huwa l-ikel nattiv tal-Awstralja, li ħafna drabi jkun nutrittiv u mimli proteini u fibra.
  • Ara x’jaqbel mas-sajf Awstraljan meta tikkunsidra li tinkludu ikel Awstraljan, tgħid esperta tal-ikel.
  • Meta tiddiskuti minn fejn ikunu ġejjin dawk l-ingredjenti tkun qed tagħti rispett lin-nies tal-Ewwel Nazzjonijiet fl-Awstralja. Ikel Awstraljan magħruf bħala bush tucker huwa ikel nattiv tal-Awstralja u storikament li kienu jieklu l-ewwel Nazzjonijiet fl-Awstralja.
Bush Tucker huwa l-ikel nattiv tal-Awstralja u storikament kien jittiekel min-nies tal-Ewwel Nazzjonijiet fl-Awstralja u apprezzat minn ħafna.

Il-biċċa l-kbira tal-ikel Awstraljan huwa nutrittiv u mimli proteini u fibra, u jista’ jinkludi diversi frott, pjanti, fawna u żrieragħ.

Waqt li ingredjenti nattivi saru popolari aktar f’dawn l-aħħar snin, għal min isajjar fid-dar jistgħu jkunu ta’ sfida biex ikun jaf minn fejn jibda meta jinkludi dawn l-ingredjenti fl-ikel.

Damien Coulthard huwa raġel Adnyamathanha u Dieri minn Flinders Rangers u ko-fundatur ta’ Warndu, ħanut li jbigħ ingredjenti nattivi.
RX015-Guests-CreditJiwonKim-TheCookUpS5-2023-04-27-4.jpg
Co-founder of Warndu, Damien Coulthard. Credit: Jiwon Kim Credit: Jiwon Kim
Meta tinkludi ikel Awstraljan fit-tisjir huwa importanti li tesplora u tagħmel ftit riċerka.

"Fl-aħħar mill-aħħar dak li nixtiequ ninkoraġġixxu huwa esperimentazzjoni b’ingredjenti differenti Awstraljani u li tinkludihom fit-tisjir tiegħek,” jgħid Damien Coulthard.

Huwa jemmen li m’hemmx żmien aħjar milli nibdew nagħmlu dan issa, fil-festi tal-Milied u s-sena l-ġdida, meta jkun servut kull kwalità ta’ ikel.

1. Żid ingredjenti nattivi mal-insalata

Minflok tibda b’riċetta billi tuża ingredjanti nattivi, sempliċiment ibdel l-ingredjenti regulari tiegħek, jgħid Coulthard.

"L-iskop huwa li tidentifika t-togħmiet differenti u taħdem bihom, " ikompli jgħid Damien Coulthard.

Pereżempju warrigal greens jistgħu jkunu mqabbla mal-ispinaċi, is-samphire jista’ jkun inkorporat mal-asparagus u l-lemon myrtle tagħtik t-togħma taċ-ċitru, imma aktar b’saħħitha.

2. Ħawwar u immarina l-ikel b’igredjenti nattivi

Jekk tkun se sservi dundjan, tiġieġ, ħaruf jew ħut, ara tistax tħawwarhom bi ħwawar nattivi, inkluż melħ tal-buxx li għandu togħma ta’ melħ u ħwawar, perfetti biex issajjar fil-forn , stir-frying, u anke .

Pepperberry tista’ tkun tajba ħafna biex tagħmilha fuq il-laħam waqt li l-geraldton wax għandu togħma tal-lumi (lemony pine) u ideali biex timla u sservi mal-ikel tal-baħar.

3. Ikel tal-baħar

Arabella Douglas mara Minyubal hija l-fundatriċi ta’ Currie Country, organizzazzjoni ewlenija tal-Ewwel Nazzjonijiet li tiffaċilità l-konnessjoni permezz tal-inklużjoni kulturali.

Hija tispjega li ħaġa li wieħed għandu jikkunsidra meta jżid ingredjenti nattivi huwa li jistaqsi x’inhu adattat għas-sajf Awstraljan?

“Irridu niftakru fejn qegħdin u naġixxu skont il-kontinent fejn qegħdin ngħixu" tgħid Ms Douglas.
RX013-Guests-CreditJiwonKim-TheCookUpS5-2023-04-24-5.jpg
Arabella Douglas is a founder of Currie Country. Credit: Jiwon Kim
"Jekk xi ħadd jistaqsini x’ikel hu tradizzjonali jew nattiv għall-Milied mill-perspettiva tal-Ewwel Nazzjonijiet m’hemm xejn aktar milli tistaqsi x’inhi r-realtà ekoloġika għal dan il-kontinet fl-istaġun ta’ Diċembru.”

Ms Douglas temmen li l-prawns (gambli kbar) u ikel tal-baħar huma għażliet tajba biex isservi għall-ikel waqt li l-pippies u l-crab (granċ) huma fost il-favoriti tagħha.

"L-importanti huwa li kollox jaħdem flimkien u li nkuna nafu sewwa fejn nistgħu nibdlu ingredjent importanti ma’ ingredjent Awstraljan."

4. Żid ingredjenti nattivi mal-Pavlova klassika

Strawberry Gum Pavlova with Wattleseed cream.jpg
Strawberry gum Pavlova with wattleseed cream. Credit: Josh Geelan and Luisa Brimble
Il-Pavlova hija deżerta popolari li tkun servuta waqt il-perjodu tal-festi tal-Milied fl-Awstralja u hija perfetta biex tinkludi fuqha ingredjenti Awstraljanai.

"Kulħadd iħobb , il-krema hija mħawra bil-wattleseed," jgħid Coulthard.

Iżid jgħid li tkun aktar tajba meta tkun servuta bi frott Awstraljan bħal quondongs, Davidson plums u muntries.

Bidliet simili jistgħu jsiru fit-trifle.

5. Żid ingredjenti Awstraljani max-xorb li tipprepara

Il-wattleseed tista’ tkun alternattiva perfetta għal kafè, waqt li xorta tagħtik l-enerġija, imma mingħajr kafeina.

Finger limes u Davidson plums jistgħu jkunu miżjuda ma’ xorb ħafif waqt li l-lemon myrtle hija tajba ħafna biex iżżid ma’ xarbiet ibbażati fuq it-tonik.

River mint u ant loose tea jistgħu jagħtuk effett kalmant.

Oħloq storja dwar dak li tiskopri u aqsamha ma’ oħrajn

Meta tfittex u tiddiskuti minn fejn l-ingredjenti nattivi Awstraljani ġejjin tkun qed tiċċelebra l-wirt kulturali Awstraljan.

"Agħmel sforz biex tidentifika, l-istat, l-isem tal-lingwa marbut man-nazzjon Aboriġinu u oħloq storja dwarhom biex tiċċelebra dan il-wirt,” jgħid Damien Coulthard.

"Dan iwasslek biex verament tapprezza dak li tkun qed tiekol jew tixtrob."

Share
Follow SBS Maltese

Download our apps
SBS Audio
SBS On Demand

Listen to our podcasts
Independent news and stories connecting you to life in Australia and Maltese-speaking Australians.
Interviews and feature reports from SBS News
Get the latest with our exclusive in-language podcasts on your favourite podcast apps.

Watch on SBS
Maltese News

Maltese News

Watch it onDemand